L-Iktar Snack Bar Storiku F'Malta
Miktuba minn: Jochebed Buttigieg u Jean Luke Zammit
Il-‘Lollies Snack Bar’ huwa l-eqdem snack bar f’Malta. Hu jinsab fil-qalba tal-furjana u din tgħin sabiex tigbor in-nies. Tkellimna mas-sid, George Buttigieg, sabiex insiru nafu iktar dwar dan is-snack bar mimli kultura u storja.
L-intervista’ ikkonsistit fuq ħames mistoqsijiet dwar il-ġrajja ta’ kif Buttigieg spiċċa s-sid ta’ dan is-snack bar, u dwar l-esperjenza tiegħu jkun sid ta’ post daqshekk storiku. Is-sid jspejgalna kif hu dejjem kellu x-xewqa li jitħol fl-industrija tal-catering. Qabel ma kiseb din ix-xewqa, hu kien jofri s-servizz bil-mini buses, imma l-ħajja kienet diga qiegħda tinbidel u t-trafik kien diġa qiegħed jiżdid. Imħabba f’hekk beda jfittex post sabiex jikseb din ix-xewqa. Fl-ewwel ta’ Jannar 1998, Buttigieg jieħu f’idejħ il-‘Lollies Snack Bar’, u jkompli jaqsam il-kultura Maltija man-nies. Dan is-snack bar minn dejjem kien jofri l-istess stil ta’ ikel; il-ħobż tradizzjonali Malti. Il-Maltin ma jistgħux imorru ħafna ħin bil-ġuħ għaliex jħobbuha żaqqhom. Li-ikel li jofri l-‘Lollies’ jsolvi dawn il-problemi bl-ikel tradizzjonali li jofri.
Matul il-jumejn li qattajna mas-sid, sirna nafu naqra iktar dwar kif dan is-snack bar baqa’ daqshekk ta’ suċċess. Waqt il-ġurnata li morna meta kien miftuħ, rajna b’għajnejn il-mod kif kemm is-sid, kif ukoll il-kollegi tiegħu jirraġixxu man-nies. Dejjem ikun hemm diskorsata ħelwa bejn il-klijent u l-ħaddiema, li turi wkoll kif dan is-snack bar għadu jimxi bil-mod l-antika. Fl-antik, kienet ħaġa komuni li n-nies jmorru ġo snack bar jew każin sabiex jieklu xi ħaġa kif ukoll jitkellmu man-nies li jkun hemm dakinhar. Dan juri kif il-kultura antika bagħqet dawn is-snin kolha.
Madankolhu, intervistajna klijent sabiex niksbu itkar tarif dwar x’jaħseb fuq dan is-snack bar. Hu wieġeb li allavolja ma ilux jiġi ħafna, hu kuntent bis-servizz li jirċivi u hu kuntent li għal nies bħalu li jaħdmu l-furjana, għandhom post fejn jistgħu jmorru jqattaw brejk kwiet u jieklu ikel bnin. Is-sid spejgalna kif allavolja n-nies imbiddlu, xorta waħda għad hemm nies li ilhom lejali lejn is-snack barsnin twal. Hemm xi klijenti li jiftakru s-sid ta’ qabel Buttigieg.
Fl-aħħar artiklu ktibna li s-snack bar jaqqad lin-nies bil-memorji tal-preżent u tal-passat. Dan tassew ħassejnieħ meta tħalna ġo fih. Il-mod li hu organizzat huwa bis-stil antika; isu diner tan-1960s. B’hekk jieħdok fil-passat. Apparti l-apparanza, l-ikel li jservi ġejj minn ġenerazzjonijiet antiki ħafna. Madankolhu, il-preżent jitħol fih bin-nies li jmorru. Ikun hemm ammont ta’ anzjani sew li ilhom jmorru għand il-‘Lollies’ żmien twil, imma sibna ħafna żgħażagħ u adulti ta’ ġenerazzjoni moderna ukoll. Din il-konnezzjoni bejn il-preżent u l-futur hija simbolu sabiħ li ċertu tadizzjonijiet għadhom ħajjin u b’saħħithom.
Il-pożizzjoni fejn qiegħed is-snack bar, huwa konvinjenti ħafna għan-nies li jagħddu minn hemm sabiex imorru x-xogħol. Peresli jiftaħ kmieni ħafna, n-nies li sejrin għax-xogħol ikunu jistgħu jifqu jieħdu belgħa te’ u xi ftira għal mat-triq. Din il-konvenjenza hija parti mil-element li jiġi ma snack bar. Allavolja il-post fejn qiegħed jinħoloq ħafna traffiku, xorta waħda n-nies jiefqu jixtru dak li jkollhom aptit.
Kif jgħid il-qawl Malti “min jorqod bil-ġuħ, joħlom bil-ftajjar”. Il-ftajjar tal-‘Lollies’ huma tassew ġenwini u irħas bħala prezz. Wara kollox, dan is-snack bar milux popolari fuq sebgħajn sena għal xejn.
Comments
Post a Comment