L-Iktar Snack Bar Storiku F'Malta
Miktuba minn: Jochebed Buttigieg u Jean Luke Zammit Il-‘Lollies Snack Bar’ huwa l-eqdem snack bar f’Malta. Hu jinsab fil-qalba tal-furjana u din tgħin sabiex tigbor in-nies. Tkellimna mas-sid, George Buttigieg, sabiex insiru nafu iktar dwar dan is- snack bar mimli kultura u storja. L-intervista’ ikkonsistit fuq ħames mistoqsijiet dwar il-ġrajja ta’ kif Buttigieg spiċċa s-sid ta’ dan is- snack bar , u dwar l-esperjenza tiegħu jkun sid ta’ post daqshekk storiku. Is-sid jspejgalna kif hu dejjem kellu x-xewqa li jitħol fl-industrija tal- catering . Qabel ma kiseb din ix-xewqa, hu kien jofri s-servizz bil- mini buses , imma l-ħajja kienet diga qiegħda tinbidel u t-trafik kien diġa qiegħed jiżdid. Imħabba f’hekk beda jfittex post sabiex jikseb din ix-xewqa. Fl-ewwel ta’ Jannar 1998, Buttigieg jieħu f’idejħ il-‘Lollies Snack Bar’, u jkompli jaqsam il-kultura Maltija man-nies. Dan is- snack bar minn dejjem kien jofri l-istess stil ta’ ikel; il-ħobż tradizzjonali M...